Anzjana li kienet bilqiegħda għall-kwiet barra fil-bieb ta’ darha spiċċat attakkata u mbenġla minn tfajla ta’ madwar 14-il sena f’attakk li jidher li seħħ għal xejn b’xejn.
Qariba tal-vittma tispjega li l-każ seħħ fi Triq San Vinċenz, il-Ħamrun, meta tliet tfajliet kienu sejrin fid-direzzjoni tal-Marsa. Kien malli waslu quddiem id-dar tal-anzjana li waħda minnhom iddeċidiet li tħebb għaliha.
Fuq Facebook qed isir appell għal min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ.
//= $special ?>

