Lokali

Anzjana ta’ 82 sena: Wara disa’ sigħat għadha tistenna fl-Emerġenza

Anzjana ta’ 82 sena ilha għall-aħħar disa’ sigħat tistenna fl-Emerġenza bit-tama li xi professjonist jara l-każ tagħha u jtiha l-kura meħtieġa.

Każ li juri kif il-pazjenti, fosthom l-iktar vulnerabbli, qed ikomplu jsofru l-ineffiċenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza u l-Isptar Mater Dei minkejja l-wegħdi fiergħa u l-ftaħir li l-problemi ssolvew.

F’messaġġ li kiteb fuq Facebook, qarib ta’ din l-anzjana ndirizza lill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne u qalilhom li jittama li llejla jorqdu kmieni waqt li huma jkomplu jistennew.