It-tim Nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ taħt is-17-il sena fetaħ l-impenji tiegħu fl-EU Nations f’Odense d-Danimarka b’rebħa tajba ta’ 13-10 kontra l-Ingilterra. Dan hu l-ewwel impenn għal dan it-tim li qed jikkompeti fl-ewwel dehra tiegħu f’tournament Internazzjonali.
Iż-żgħażagħ Maltin rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet u kellhom vantaġġ tajjeb ta’ 8-4 qabel l-aħħar sessjoni li minkejja li ntilfet, irnexxilhom iżommu l-vantaġġ għal rebħa tajba. Għal Maltin spikkat Elena Borg li skorjat tmien gowls, bil-gowls l-oħra jaslu minn tripletta ta’ Sophie Camilleri u gowls minn Michela Zammit u Sasha Lecuyer.
It-tim Malti jilgħab it-tieni partita llejla kontra Wales fis-6.00pm.
//= $special ?>

