Baqgħu f’dubju l-pjani biex l-ajruport internazzjonali ta’ Brussell jerġa’ jibda jagħti servizz limitat. Dan meta l-impenn għall-ftuh parzjali tal-ajruport ta’ Zaventem deher ‘paralizzat’ fost azzjoni mill-pulizija tal-ajruport li huma mħassbin dwar is-sigurtà.
L-istess ajruport, fit-22 ta’ Marzu, spiċċa mira ta’ attakki terroristiċi mill-ISIS, meta żewġ aggressuri tajjru splussivi fis-sala tat-tluq, fejn mietu flimkien ma’ numru ta’ nies innoċenti. Dakinar kienu mietu wkoll in-nies waqt splużjoni suwiċida oħra ( ukoll organizzata mill-ISIS) fil-metro ta’ Brussell.
L-Unjoni tal-Pulizija SLFP, issa, qed tinsisti biex il-passiġġieri fl-ajruport ta’ Brussell ikunu suġġetti għal aktar miżuri ta’ sigurtà, fost l-inkwiet tal-membri tagħha. Kelliema għall-unjoni sostnew li ‘ma kenux biżżejjed il-miżuri effettivi għall-ftuh mill-ġdid tat-terminal u għas-sigurtà tan-nies li jaħdmu fl-ajruport u jużaw il-faċilitajiet tiegħu’.
L-awtoritajiet, s’issa, ċaħdu s-sejħa biex ikunu stallati metal detectors, scanners u magni tal-x-ray għal screening ta’ persuni qabel jidħlu fit-terminals u spjegaw li dawn il-miżuri jwasslu ‘għal aktar sriebet ta’ nies barra l-bini li jirriżultaw f’theddida ta’ sigurtà akbar’.
//= $special ?>