Lokali

Michelle Muscat ma ssemmi xejn dwar ix-xogħol prekarju fil-ħabs

Wara li kien żvelat li numru ta’ priġunieri nisa fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin huma dovuti eluf ta’ ewro fuq xogħol ta’ ħjata fuq purtieri u kostumi li saru matul is-sena li għaddiet fi proġett li kien appoġġjat minn Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru li tmexxi l-fondazzjoni Marigold… il-gimgha filghodu fi stedina fuq l-istazzjon nazzjonali ma għamlet l-ebda referenza ghal dan l-istorja.

Minnflok deher ċar li l-intervista fuq TVM, l-istazzjon nazzjonali kienet eżerċizzju biex tkun limitata l-ħsara li saret bl-istorja li ħarġet fit-Times of Malta għal liema storja mart il-prim ministru rreaġixxiet b’konferenza tal-aħbarijiet li għaliha la kien mistieden net news u l-anqas the Malta Indipendent.

Il-Mara tal-Prim Ministru, kienet kkonfermat li dawn il-prigunieri nisa ghadhom ma thallsux tax-xoghol li għamlu. Hi akkużat lil media li kienet negattiva li rrappurtat dak li qaltilhom priġuniera… u meta l-ġurnalisti kienu qalulha li provaw jagħmlu kuntatt magħha hi weġbithom illi kienet vaganza.

Il-proġett hu mmexxi minn Mary Grace Pisani, interior designer, deskritta bħala ħabiba kbira ta’ Michelle Muscat. Pisani kienet qed tuża’ l-priġunieri biex iħitu purtieri u kostumi f’arranġament ta’ fabbrika żgħira fil-ħabs.