Internazzjonali

Xufier jinstab ħati dwar kumplott terroristiku fir-Renju Unit

Raġel minn Luton, li hu impjegat bħala xufier ma’ kumpannija, instab ħati dwar sehem f’kumplott biex jinqatel membru tal-qawwiet tal-ajru Amerikani barra bażi f’East Anglia.

Il-verdett fil-konfront tal-akkużat, Junead Khan, qal li hu kien qed iħejji azzjoni terroristika speċifika. Khan, li hu sostenitur tal-ISIS, kien isuq minn qrib il-bażi ta’ RAF Lakenheath u bażijiet oħra tal-Amerikani waqt li fuq xogħol u magħruf li hu iddiskuta ‘il-possibbiltà li jorganizza inċident bil-karozza qabel jattakka suldat b’sikkina’.

Khan kien ikkundannat ukoll talli kien ‘qed iħejji biex jissieħeb mal-ISIS fis-Sirja’. Zijuh, Shazib Khan, instab ħati tal-istess akkuża.

L-attakk li kien qed jippjana Junead Khan qed jitqies bħala simili għall-azzjoni tal-2013 fejn is-suldat Britanniku, Lee Rigby, spiċċa mbiċċer taħt idejn żewġ fanatiċi Iżlamiċi armati bis-skieken, fl-inħawi ta’ Woolwich, lejn ix-xlokk ta’ Londra.