Lokali

3 żgħażagħ l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’San Ġiljan – Fosthom ġuvni ta’ 19-il sena li jinsab fil-periklu tal-mewt

3 żgħażagħ ittieħdu l-isptar Mater Dei għal kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30, ta dal-lejl, fi Triq Sant’ Andrija San Giljan.

Jidher li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn karozza tat-tip Renauly Magane, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Mosta u karozza tat-tip Ford Kuga, misjqa minn ġuvni ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fil-karozza tat-tip Renault Megane flimkien mal-ġuvni kien hemm passiġġiera tfajla ta’ 17-il sena residenti Santa Venera.

Il-ġuvni ta’ 19-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn xi feriti gravi, it-tfal ta’ 17-il sena ukoll qed issofri minn feriti gravi, iżda ma tinsabx fil periklu tal-mewt. Filwaqt li il-ġuvni ta’ 29 sena qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Sadanittant, karozza tat-tip Suzuki Swift baqgħet dieħla b’impatt qawwi fil-karozza tal-pulizija. Is-sewwieq tal-karozza instab li kien qiegħed isuq taħt l-effett tal-alkohol.