Lokali Qorti

41 barrani arrestat b’rabta ma qabdiet tad-droga f’erbat ijiem

41 persuna ta’ nazzjonalita’ barranija kienu arrestati b’rabta ma qabdiet tad-droga f’erbat ijiem.

Matul il-lejla ta’ bejn id-29 u t’ 30 ta’ Marzu ġew arrestati 3 persuni wara li nstab li fil-pussess tagħhom kellhom ammont ta’ pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll sustanzi suspettati kokaina u ketamina, f’ċirkostanzi u ammonti li juru li ma kinux għall-użu esklussiv tagħhom.

Huma ġew arrestati mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga, flimkien mal-Law Enforcement Section tad-Dwana.

Tnejn minnhom tressqu l-Qorti akkużati bl-importazzjoni u pussess aggravat ta’ l-istess sustanzi.Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u ingħataw piena ta’ 4 snin ħabs kull wieħed, flimkien ma’ multa.

Fil-lejl ta’ bejn il-31 ta’ Marza u l-1 t’ April ġew arrestati 23 persuna oħra, waqt ħidma mill-membri tal-iskwarda ta’ kontra d-Droga kif ukoll bl-assistenza tal-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra. Huma nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati ecstasy u kokaina. Uħud minn dawn it-23 diġa’ tressqu il-Qorti akkużati bil-pussess aggravat u traffikar tal-imsemmija sustanzi.

Filwaqt li fl-ewwel ġurnata ta’ April ġew arrestati 15-il persuna li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati ecstasy u kokaina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin filwaqt li aktar persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin, b’rabta ma’ dawn il-każijiet