Internazzjonali

Erdogan ikompli jhedded il-liberta tal-espressjoni

Il-President Tork Tayyip Erdogan wissa li kien se jkompli jieħu passi fil-qorti kontra kull min iqies li jkun insulentah bil-kritika tiegħu għall-ħidma tal-Gvern Tork.
Erdogan, f’diskors li għamel f’Washington fejn mar biex jattendi summit dwar is-sigurta tal-armi nukleari, qal li fit-Turkija ma kien hemm ebda ġurnalist l-ħabs minħabba xogħolu imma li l-maġġoranza tal-52 ġurnalista fil-ħabsijiet Torok kienu hemm minħabba akkużi marbuta mat-terroriżmu. Gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem qalu li l-Gvern Torok jħobb juża akkużi vagi ta’ terroriżmu biex jgħalaq ħalq dawk li qed jikkritikawħ.
Minn mindu sar President f’Awwissu tal-2014, Erdogan ressaq 1,845 kawża l-qorti kontra individwi talli qies li insulentawh. Għar-reat ta insult lill-President Tork, persuna tista’ teħel piena massima ta’ erba’ snin ħabs.