Lokali

Ftit wisq, tard wisq

Il-Forum tal-Intrapriżi Żgħar sa Medji fi ħdan il-Partit Nazzjonalista esprima t-tħassib tiegħu dwar l-aħħar reviżjoni tal-prezzijiet tal-fjuwil. FSMEPN enfasizza li l-prezzijiet tal-fjuwil riveduti mħabbra mill- gvern għadhom ma’ jirriflettux il- prezz internazzjonali taż-żejt.

Il-prezzijiet riveduti jżommu lil Malta fost l-aktar għoljin fl-Ewropa, fejn f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE l-prezz tad-diżil huwa taħt l-ewro. Anki jekk il-gvern isostni li dan hu l-għaxar tnaqqis fil-prezzijiet tal-fjuwil, il-SMEs Maltin kienu jippreferu tnaqqis wieħed, imma wieħed li verament jirrifletti l-prezz internazzjonali taż-żejt.

FSMEPN ifakkar lill-gvern li mingħajr aktar tnaqqis fil-prezzijiet tal-fjuwil, il-gvern qed iżżomm l-SMEs lokali fi żvantaġġ biex jikkompetu fis-suq internazzjonali.

Għalhekk hemm bżonn hemm azzjoni biex jirrevedi l-prezzijiet tal-fjuwil immedjatament u mingħajr aktar dewmien.