Huwa mill-aktar evidenti li stqarrija tal-President tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew Gianni Pitella turi li l-anqas il-ħbieb tal-Prim Ministru Joseph Muscat m’huma komdi jiddefenduh. Dan meta Pitella tkellem f’reazzjoni għad-dikjarazzjoni tal-Partit Popolari Ewropew li fiha ntqal li d-demokrazija f’Malta tinsab mhedda.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista qal li minkejja li l-EPP ikkritika bil-qawwa l-mod kif il-Prim Ministru Joseph Muscat mexa fil-konfront tad-deputat mexxej Laburista Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri wara li kien żvelat il-każ ta’ kumpaniji sigrieti fil-Panama, is-Soċjalisti Ewropej fl-istqarrija tagħhom naqsu li jikkumentaw fuq dan u għalhekk hu ċar li jinsabu skomdi jiddefendu l-indifensibbli.
Il-Partit Nazzjonalista saħaq li Muscat għandu jispjega lis-Soċjalisti il-verità kollha dwar l-iskandlu tal-Panama u jgħid jekk in-nuqqas ta’ azzjoni hix ir-riżultat tal-involviment tiegħu fl-ikbar skandlu politiku fl-istorja Maltija.
//= $special ?>