Risposta għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista
Filwaqt li jirringrazzja lill-Partit Laburista għar-reklam li qed jagħmel bil-konferenzi tal-aħbarijiet li qed jagħmel, il-Partit Nazzjonalista jinsab sodisfat bl-interess kbir iġġenerat għall-iskema Ċedoli 2016 imnehdija l-ġimgħa li għaddiet.
Bl-iskema Ċedoli 2016 wieħed jidħol volontarjament f’kuntratt mal-Partit Nazzjonalista li permezz tiegħu, tingħata loan volontarja lill-Partit Nazzjonalista ta’ għaxart elef ewro (€10,000) b’rata ta’ imgħax ta’ 4%. Il-loan titħallas lura wara għaxar snin.
Din hija skema li ġiet imfaħħra minn persuni minn barra ż-żewġ partiti politiċi bħala skema professjonali li għandha tneħħi l-indħil ta’ min jaħseb li permezz ta’ donazzjonijiet sostanzjali, jista’ jixtri lill-partiti, u li din hija skema li għandha tiġi kkunsidrata minn kull partit politiku.
//= $special ?>