Il-Ministru Owen Bonnnici ħarab milli jwieġeb dwar meta se tinħatar Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Caroline Farrugia Frendo bint Anġlu Farrugia li n-nomina tagħha qajmet kontroversja minħabba l-eliġibilita’ tagħha għall-ħatra ta’ maġistrat kif tesiġi l-Kostituzzjoni Maltija.
Owen Bonnici minkejja dan kollu kien baqa’ jgħid li hu għandu raġun u li l-esperti li kritikaw din l-azzjoni huma żbaljati. F’Konferenza tal-aħbarijiet meta staqsejnieh dwar meta Caroline Farrugia Frendo se tinħatar maġistrat huwa ma riedx jagħti data preċiza.
Mistoqsi wkoll minn ġurnalisti preżenti dwar sar minnu l-Ministru u d-Deputat Mexxej Konrad Mizzi u l-għalhiex ilu ma jidher quddiem l-istampa, kemm il-Ministru Owen Bonnici u kemm Deborah Schembri ħarbu milli jwieġbu.
Huwa fatt magħruf li Konrad Mizzili hu involut fl-iskandlu tal-kumpanija sigrieta fil-Panama ilu ma jidher biex quddiem il-media għal dawn l-aħħar ġimgħat.
//= $special ?>

