Anzjan ta’ 65 sena minn Ħaż Żabbar inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li wettaq reati sesswali ma tifla ta’ tmien snin. Hu kien akkużat ukoll b’theddid u li uża vjolenza fil-konfront tat-tisla.
L-akkużat tressaq quddiem il-qorti dalgħodu akkużat li wettaq dawn ir-reati fi żmien meta hu kien qed jieħu ħsieb din it-tifla. Hu kien akkużat ukoll li qassam materjal pornograifku.
Il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat u ssir evalwazzjoni psikoloġika tal-akkużat
//= $special ?>

