Lokali

Basket issuspettat li bomba fl-Ajruport ta’ Malta

Il-Ħadd filgħaxija, l-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Pulizija, għamlu l-investigazzjonijiet tagħhom f’wieħed mill-parkeġġi tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan wara li ġie rrapurtat basket suspettuż ħdejn il-karozzi. Fortunatament, bl-użu ta’ apparat, is-suldati ċċertifikaw li dan il-basket ma’ kien ta’ ebda theddida għall-pubbliku. Għaldaqstant, wara ftit mumenti kollox irritorna għan-normal.

Matul il-ħidma intensiva mill-Forzi Armati u l-Pulizija, kien hemm parti l-kbira mill-parkeġġ magħluq, u biex jassiguraw sigurta’ għall-pubbliku kien hemm fuq il-post numru kbir ta’ pulizija u suldati.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, dawn it-tip ta’ allarmi żdiedu, hekk kif l-Ewropa rat diversi xeni makabri li fihom kienu jinvolvu splużjonijiet u li fihom indarbu u weġġgħu numru kbir ta’ nies.