Lokali

Ħabta frontali fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq

Ritratt: Arkivji

Wara inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq żgħażugħ ta’ 23 sena minn Marsaxlokk kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara li spiċċa midrub.

L-inċident seħħ f’Dawret Ħal Għaxaq għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu meta karozza Toyota Vitz misjuqa miż-żgħażugħ kienet involuta f’ħabta frontali ma’ Land Rover li kien misjuq minn raġel ta’ 46 sena miż-Żejtun.

Fuq il-post marru l-pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-isptar.

Il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhix magħrufa.