Għaddiet ġimgħa oħra u sissa għadna ma rajniex ir-riżenja u l-apoloġija pubblika ta’ Konrad Mizzi. Gimgħa oħra, u l-istess Keith Schembri għadu jgawdi minn poteri kbar ġewwa Kastilja. Jidher li Joseph Muscat għazel li jiprova jilgħaba tan-nagħma u jgħaddas rasu ġewwa ir-ramel u ma jisma lill-ħadd. Bħal dak li qallu li jekk jagħmel hekk ser ikun mingħalih li dan l-ikbar skandlu li qatt ra pajjizna ser jisparixxi darba għal-dejjem. Naħseb li jkun iktar ta ġid jekk Muscat ma jibqax jitrattana ta makku u jaqbad il-barri min qrunu u jiħu azzjoni, jekk mhux ser jiġri hekk ċert li il-poplu Malti ser jagħmel dan għalih!
Din il-ġimgħa smajna wkoll b’manuvra oħra tal-Labour biex joħnoq lill-Partit Nazzjonalista. Din id-darba mhux talli Joseph Muscat ta ordni lil-PBS biex Panamagate ma jissemiex, din id-darba Joseph Muscat ta ordni biex il-Partit Nazzjonalista ma jkunx jista jagħmel billboards sakem mhux qegħdin f’kampanja elettorali. Sfortunatament dan huwa it-tip ta gvern li qiegħed jigverna lil pajjizna bħalissa, gvern illi jekk inti ma iddoqx qanpiena li tgħoġbu allura dan jgħalaqlek ħalqek b’kull mezz possibli.
Manuvri bħal dawn ifakkruna f’reġimi passati li konna imdorrijin naraw bħalhom fl-Ewropa fis-seklu għoxrin, dawn il-manuvri ma huma xejn ħlif manuvri faxxisti ta kif gvern jista joħnoq lil dak li jkun milli jitkellem, b’riżultat li imbgħad il-gvern jkun jista jbiħ il-messaġ li jrid hu mingħajr ma ħadd jikontradixxih. Din hija theddida ċara fuq id-demokrazzija, fuq il-liberta tal-kelma, theddida ċara tal-valuri Maltin u Ewropej li il-Partit Nazzjonalista tant ħadem u stinka biex ġab lil-pajjzina.
Bħalissa ninsabu f’posizzjoni li l-aħħar darba li sibna ruħna fiha kien propju fis-snin tmenin. Snin imdemmija għal-pajjizna fejn il-poplu Malti kien maħkum min-gvern li gverna b’minoranza ta voti u ra kif għamel u kasbar l-interess Nazzjonali b’kwalunkwe mod li seta. Jiena inħobb nitkellem b’mod onest, jiena wiħed min dawk li meta il-Partit Nazzjonalista kien jitkellem dwar is-snin tmeninijiet dejjem qbiżt u għedt li illum wasal iż-żmien il-inħarsu il-quddiem u ma nibqgħux nsemmu dawk iż-żminijiet kull darba li nistgħu.
Sfortunatament illum, tletin sena wara, ġejna f’sitwazzjoni fejn Joseph Muscat qiegħed jagħmel għar min dak li kien jagħmel Karmenu Mifsud Bonnici! Bid-differenza li dak iż-żmien ma kienx hawn social media, allura il-poplu ma kellux fejn jista jitkellem mentri illum il-poplu Malti għandu l-aqwa arma f’idejh biex juri x’qiegħed jaħseb, illum il-poplu Malti jista jitkellem fuq is-social media u dan Joseph Muscat ma jistax inwaqfu. Nixtieq li darba għal-dejjem f’dan il-pajjiz nitgħalmu nitrattaw lil-poplu Malti ta poplu sovran u mhux ta poplu maħkun. Iktar faċli tgħida milli tatwaħħa.
L-unika mod li dan jista jseħħ huwa jekk il-PBS ma jibqax kontrollat mill-gvern tal-ġurnata pero jibda jiġi kkontrollat min board indipendenti iffurmat min setturi u partiti diversi madwar Malta filwaqt li jassigura li il-gvern majkollux maġġoranza fuq dan il-board. B’hekk biss inkunu nistgħu naraw media lokali li ma għandix preferenzi ta kulur fuq ieħor. B’hekk biss inkunu nistgħu nirrispetaw lil-poplu Malti u intuħ aħbarijiet li il-vera wieħed jista jitgħallem minnhom. Sakem il-PBS huwa idettat min-Katilja qatt mhu ser nkunu f’posizzjoni li il-PBS ikun stazzjon newtrali.
Joseph Muscat bhalissa qiegħed jiprova jassigura li Panamagate ma jibqax jissemma. Dan qiegħed jagħmlu bi kwalunkwe mod possibli biex ovjament itaffi l-amoroġija ta voti li bħalissa qiegħed isofri il-Partit Laburista. Joseph Muscat jaqbillu li il-kaz jinten tal-Panama jintesa pero għandi aħbar għal-Joseph Muscat. Il-poplu Malti immatura! Il-poplu Malti ma għadux iblaħ kif inti tant tixtiequ. Il-poplu Malti illum il-ġurnata jaf xinhu importanti u x’muwiex allura jiena ċert li anke jekk Joseph Muscat ser jibqa jiprova jisparixxi dan l-iskandlu, id-dnub tal-Panama mhux ser imut u il-poplu Malti ser jibqa jiftakru.
Huwa dmir, huwa obligu tagħna l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li nassiguraw li dan l-iskandlu jibqa jissemma sakem is-sewwa joħroġ u jseħħ. Huwa l-obligu tagħna li nassiguraw li dak li jixtieq Joseph Muscat, li jnessi dan l-iskandlu, ma jseħħx u li il-punt kruċjali f’din is-sitwazzjoni ma jiġiex imtappan. Il-punt huwa wiħed sagrosant, Joseph Muscat huwa imdawwar bi tnejn min-nies, id-Deputat Mexxej Konrad Mizzi u il-Kap tac-Ċivil Keith Schembri li it-tnejn li huma għandhom trust fi New Zealand li biha qegħdin jaħbu kumpanija fil-Panama.
F’pajjiz demokratiku dan ma għandu qatt iseħħ. F’pajjiz bi gvern ġust il-Prim Ministru ta Malta jkun mill-ewwel qaċċat lill Konrad Mizzi u lil Keith Schembri mil-karigi tagħhom u jitfahom il-barra min Kastilja, mentri sfortunatament dan il-pajjiz mhux normali! Dan il-pajjiz huwa immexi min Gvern Laburista-pseudo-Faxxista allura minflok jagħmel dak li hu tajjeb, il-Gvern ta Muscat iddeċieda li jgħalaq ħalq il-media, jneħħi il-billboards tal-Partit Nazzjonalista u jassigura li l-iskandlu tal-Panama jisparixxi. Jekk dan hu mingħalih li ser jiġri Joseph Muscat, hawn għandi aħbar oħra għalih. Insa li dan ser jisparixxi Sur Prim Ministru! Id-dnub ma jorqodx, id-dnub mhux ser jisparixxi u l-iskandlu tal-Panama ser jibqa jiġri warajk sakem inti tagħmel dak li hu ġust!
//= $special ?>