Lokali Qorti

Il-pulizija tarresta 14-il persuna b’rabta ma’ droga

Il-Ġimgħa, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw 14-il persuna wara li dawn nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati ecstasy u kokaina.

L-arrestati huma ta’ nazzjonalita` Ingliża u l-eta` tagħhom tvarja bejn l-20 u l-35 sena. Ħamsa minnhom tressqu l-Qorti iktar kmieni llum fejn ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom. Erbgħa minnhom kienu mmultati €500 kull wieħed minħabba pussess ta’ ecstasy fil-waqt li iehor kien immultat 650 ewro għall-pussess ta’ ecstasy u kokaina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.