Qorti

Jammetti li ta l-passaport tiegħu lil sieħbu biex imur sal-Italja

Abdela Haruna ta’ 31 sena mill-Kosta tal-Ivorju ġie mgħoti sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li ta l-passaport tiegħu lil sieħbu biex imur sal-Italja.

Huwa tressaq il-qorti akkużat li fit-30 ta’m Marzu li għadda u fil-jiem ta’ qabel trasferixxa l-passaport Malti tiegħu lil persuna oħra. Haruna ilu Malta mill-2006 u għandu status umanitarju.