L-awtoritajiet fl-Awstralja qalu li se ssir investigazzjoni dwar oġġett li kapaċi hu parti minn ajruplan u li kien instab jiem ilu fuq gżira lejn il-Lvant ta’ Mauritius. Il-parti tista’ tkun ġejja mill-ajruplan tal-Malaysia Airlines li, f’Marzu tal-2014, kien għeb waqt vjaġġ bejn il-Malasja u ċ-Ċina meta kien qed iġġorr 239 persuna.
Għaldaqstant, wieħed irid jistenna biex jara jekk din il-parti hix tassew l-ewwel element tat-Titjira MH370 li seta’ nstab wara ‘il fuq minn sentejn mill-inċident. Minkejja xhur ta’ tfittxija fl-Oċean Indjan għad mhemm l-ebda ħjiel ta’ dan l-ajruplan Malasjan jew tal-passiġġieri li kienu fuqu.
//= $special ?>