Waqt party organizzat minn Dj Ryan Spiteri b’mużika tas-snin disgħin, il-folla preżenti li kienet tlaħħaq il-mijiet warrbet il-pjaċir tal-mużika għall-minuta biex sellmet lil Lourdann Psaila.
Din iż-żagħżugħa ta’ 31 sena tilfet ħajjitha il-ġimgħa li għaddiet f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.
Lourdann kellha tkun hi ukoll tieħu gost bil-mużika tas-snin disgħin, għalhekk dawk preżenti fil-waqt li fid-dlam ċappa xegħlu l-mobile tagħhom sellmu lil din iż-żagħżugħa f’minuta silenzju.
//= $special ?>