PANAMA PAPERS: PanamaPapers: Lejl twil f’Kastilja

Jidher li l-każ tal-leakage tad-dokumenti tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama fost oħrajn dwar il-kumpanija sigrieta tal-Ministru Konrad Mizzi, wassal biex matul il-lejl Kastilja baqgħet miftuħa. netnews.com.mt kien hemm u seta’ jinnota kif kien hemm uffiċini mixgħula u anke karrozzi ministerjali ħdejn il-Berġa ta’ Kastilja.