Il-Gvern fl-Islanda diġa qed jiffaċċja pressjoni qawwija biex jirriżenja u tissejjaħ elezzjoni wara li fl-aħħar sigħat faqqa ‘PanamaPapers’.
F’dan l-iskandlu li ħasad id-dinja, inkixfet lista’ twila ta’ politiċi li użaw il-Panama biex fetħu kumpaniji sigrieti għall-ħasil tal-flus, kriminalita’ u korruzzjoni. Il-Ministru Konrad Mizzi ssemma f’din il-lista.
Fil-lista ssemma’ wkoll il-Prim Ministru tal-Islanda, Sigmundur Davíð Gunnlaugsson, li għandu rabtiet ma’ kumpanija sigrieta fil-Panama. Dan qed iwassal biex il-Prim Ministru tal-Islanda jirriżenja u jsejjaħ elezzjoni ġenerali.
Fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama fl-aħħar ġimgħat, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat iddefenda lil Konrad Mizzi li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama u minflok ħatru Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
//= $special ?>