Internazzjonali

Sanders u Clinton jattakkaw lil xulxin

U.S. Senator Bernie Sanders, an independent from Vermont and 2016 Democratic presidential candidate, smiles during a campaign event at the Los Angeles Memorial Sports Arena in Los Angeles, California, U.S., on Monday, Aug. 10, 2015. Some 27,000 people descended Monday night on the Los Angeles Memorial Sports Arena, which has hosted acts such as Madonna and Pink Floyd, to hear from a raspy-voiced 73-year-old who has become the 2016 political season's breakout star. Photographer: Patrick T. Fallon/Bloomberg via Getty Images

Tkompli t-tellieqa taħraq tal-Presidenza Amerikana hekk kif ikomplu l-elezzjonijiet fid-diversi stati fil-proċess li jwassal sabiex iż-żewġ partiti prinċipali jagħżlu l-kandidat tagħhom għal Presidenza.

Fit-tellieqa tad-Demokratiċi fl-aħħar minn sensiela ta’ attakki s-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders akkuża lil Hillary Clinton li hija dipendenti mill-kumpaniji taż-żejt għal kampanja Presidenzjali tagħha. Huwa akkuża lil Clinton li rċeviet aktar minn erbgħa miljun Dollaru f’donazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji.

Clinton minn naħa l-oħra saħqet li Sanders kien qiegħed jigdeb. F’diskors attakkat ukoll lil kandidat Repubblikan Donald Trump fejn sostniet li dan mhuwiex jifhem il-pjan tagħha sabiex tiġġieled lill-ISIS.

Minn naħa tiegħu l-kandidat tar-Repubblikani Donald Trump iddeskriva lin-NATO bħala xi ħaġa skaduta. Trump ikkritika lill-allejati fi ħdan in-NATO u akkużhom li dawn ma’ kienux qegħdin jerfgħu il-piż tagħhom.

Il-kampanja tal-Partit Repubblikan qed tara wkoll kampanja qalila minn Ted Cruz u John Kasich kontra xulxin u kontra Donald Trump.