Lokali

Taljana tisfa’ midruba f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali

F’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart fi Triq Reġjonali propju fuq il-pont ta’ Manwel Dimech kif taqbeż it-traffic lights ta’ barra Paceville fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ San Ġiljan ra mara Taljana tisfa’ midruba. Fil-karozza Opel Corsa misjuqa mill-mara Taljana kien hemm koppja Taljana li kienet sejra l-ajruport biex taqbad titjira lura lejn l-Italja.

It-Taljana tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha meta ħabtet go karozza BMW li kienet sejra fl-istess direzzjoni bis-sewwieqa tal-Opel spiċċat nqalbet bil-karozza.

Ambulanza ħadet lit-Taljana l-isptar Mater Dei għal kura għalkemm ma’ jidhirx li l-mara soffriet ġrieħi serji.

Waħda mill-karreġġjati tinsab magħluqa għat-traffiku.