Internazzjonali

Terġa tibda l-ħidma fl-ajruport ta’ Brussell

L-ajruport ta’ Zaventem, fi Brussell, reġa’ qed jiffunzjona fejn qed jopera numru żgħir ta’ titjiriet simboliċi fost sigurtà addizzjonali għall-passiġġieri. Il-ftuh parzjali tal-ajruport qed isir kważi ġimgħatejn wara li t-terminal intlaqat minn splużjonijiet qattiela li kienu wettqu terroristi tal-ISIS fis-sala tat-tluq.

L-awtoritajiet fil-Belġju qalu li, illum, almenu tliet titjiriet kellhom jitilqu lejn destinazzjonijiet fl-Ewropa, għall-ewwel darba mindu seħħew l-attakki ta’ Marzu mill-ISIS f’dan l-ajruport u fl-istazzjon tal-metro ta’ Brussell fejn kienu tilfu ħajjithom 32 persuna.