Lokali

Tifel iweġġa’ minn iljun f’inċident f’zoo f’Ħal Farruġ

Il-Ħadd, għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar, tifel ta’ ħames snin weġġa’ hekk kif iljun f’zoo f’Ħal Farruġ giref lit-tfajjel. Skont l-aħħar rapporti, jidher li l-ferita’ ġiet ikkawżata f’għonq u dahar it-tfajjel iżda fortunatament hi ta’ natura ħafifa, u t-tifel ittieħed mal-ewwel l-isptar Mater Dei għall-kura.

Dwar dan l-inċident, il-Pulizija kkonfermat li għaddejja inkjesta maġisterjali u l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

B’reazzjoni għal dan l-inċident, il-Gvern ħareġ stqarrija jgħid li fil-ġimgħat li għaddew saru numru ta’ spezzjonijiet mill-entitajiet konċernati u li kollha ċeertifikat li f’kull okkażjoni l-post kien magħluq. Il-Gvern stqarr li l-aħħar spezzjonijiet sary l-Erbgħa 30 ta’ Marzu u l-Ġimgħa l-1 ta’ April.

Il-Gvern fl-istess stqarrija qal li diġa’ hemm hemm għaddej każ fil-kontront tas-sidien. L-istqarrija kompliet, li wara li s-sidien reġgħu kisru l-ordinijiet tal-awtoritajiet, se jittieħdu passi ulterjuri fil-kontront ta’ dan il-każ. Il-Gvern se jaħtar inkjesta sabiex jiġi investigat dan il-każ.