Talanqas żewġ persuni mietu, b’għexieren oħra jindarbu, wara li ferrovija qabżet il-linji ftit ‘il barra mill-belt ta’ Philadelphia. Il-ferrovija tal-Amtrak kienet qed tivvjaġġa minn New York lejn Savannah, f’Georgia, meta laqtet digger mekkaniku li kien qiegħed fuq linja, fiz-zona ta’ Chester.
Madwar 340 passiġġier kienu qed jivvjaġġaw fuq il-ferrovija, bl-aħħar rapporti jgħidu li spiċċaw sospiżi s-servizzi kollha ta’ Amtrak bejn New York u Philadelphia.
Jidher li l-parti ta’ quddiem tal-ferrovija qabżet il-linji b’kaġun tal-impatt mad-digger, meta bħalissa għaddejja investigazzjoni fl-inħawi.
//= $special ?>