Passiġġiera f’karozza wieqfa mal-ġenb ta’ triq ewlenija f’Kalifornja kellha titlef ħajjitha traġikament meta ajruplan żgħir ipprova jagħmel inżul ta’ emerġenza u baqa’ dieħel straxxnat ġol-istess vettura.
L-inċident seħħ fuq il-freeway ta’ Interstate 15, u fih weġġgħu tliet passiġġieri oħra li kienu f’dik il-karozza, flimkien mal-pilota tal-ajruplan u persuna oħra li kienet qed tivvjaġġa miegħu. ‘Il quddiem kien ikkonfermat li l-pilota, li għandu 62 sena, qed isofri minn feriti gravi.
Ingħad li l-ajruplan, tat-tip Lancair IV, inqalgħulu l-problemi tekniċi, bil-konsegwenza li kellu jagħmel crash-landing fl-inħawi ta’ San Diego County. Skont ir-rapporti, l-ajruplan ‘dam jitkaxkar mal-art bl-ispinta u fejn baqa’ dieħel direttament għal ġo vettura.’
B’konsegwenza ta’ dan, spiċċat mgħaffġa mara ta’ 38 sena li kienet bilqiegħda fuq il-parti ta’ wara tal-karozza. Sar magħruf li, fil-ħin tal-inċident, is-sewwieq tal-karozza kien waqaf għal ftit biex iċempel mill-mowbajl tiegħu.
//= $special ?>