Lokali

Front Ħarsien ODZ titlob biex ma jkunx hemm appoġġ lejn Montekristo

“Qed nitolbu sabiex il-membri tal-gvern, il-membri kollha plamentari, il-politiċi u l-Kunsilli Lokali u fuq kollox qed nappellaw lill-pubbliku sabiex jieqfu jappoġġjaw l-istabiliment Montekristo. Stabbiliment mimli llegalitajiet.” Wassal dan l-appael il-Front Ħarsien ODZ permezz ta’ stqarrija li fiha l-Front qed jerġa jenfasizza boycott fil-konfront ta’ Montekristo Estates. Dan fid-dawl tal-aħħar inċident li seħħ fl-istabiliment fejn iljun feriet b’mod ħafif tifel ta’ 5 snin.

Fl-istqarrija l-Front Ħarsien ODZ esprimiet id-diżappunt tagħha li uffiċjali tal-gvern u politiċi miż-żewġ partiti politiċi attendew fiera dwar il-kaċċa, f’Montekristo, post mimli illegalitajiet fejn jidħol ippjanar fosthom zoo illegali u numru ta’ strutturi llegali.

Il-Front qal ukoll li qed jappella lill-gvern sabiex b’mod immedjat iwaqqaf din is-saga billi jneħħi l-illegalitajiet kollha li hemm f’dan l-istabiliment