L-appelli biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika mill-Gvern għall-iskandlu tal-Panama Papers ġew riflessi fil-billboard il-ġdid li ttella’ mill-Partit Nazzjonalista u li juri lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri akkumpanjati bil-kelma “BARRA”.
Waqt il-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni, li nżammet ix-xahar li għadda, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li taħt Gvern Nazzjonalista, kulmin jinqabad b’kumpanija sigrieta fil-Panama jitkeċċa.
Barra minhekk, fil-jiem li għaddew, ġie żvelat ukoll li Mizzi u Schembri ppruvaw jiftħu kontijiet bankarji sigrieti f’Dubaj.
//= $special ?>

