Muscat jaħrab mill-kameras ta’ NETnews
Għall-Prim Ministru Joseph Muscat, li Konrad Mizzi u Keith Schembri provaw jiftu kont bankarju sigriet fil-Dubaj hija xi haga normali. Muscat ghadda dawn il-kummenti fi tmiem attivita’ fil-Qawra.
Filwaqt li kompla jiddefendi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri, Muscat qal li ma jemminx li kien hemm attentat formali minnhom li jiftħu l-kontijiet bankarji sigrieti.
Iżda ‘The Australian Financial Review’ ftit jiem ilu rrappurtat mod ieħor fejn qalet li “il-klijenti Maltin – Mizzi u Schembri – għafsu biex jiksbu d-dokumenti biex jiftħu l-kontijiet bankarji f’Dubaj”.
Intant, filwaqt li Muscat wieġeb bla diffikulta’ lill-media l-oħra, sab diffikultà biex iweġeb lil NETnews li kien qed jistenna lill-Prim Ministru barra l-attività.
NETnews qagħad jistenna barra għax Muscat kien qed jattendi attività privata, fejn inawgura xogħlijiet ta’ tisbiħ f’lukanda ewlenija fil-Qawra. L-attività kienet miftuħa għall-media, iżda bħala prassi, mhux normali li f’attivitajiet ta’ dawn it-tip jittieħdu kummenti politiċi. Normalment, mistoqsijiet politiċi jittieħdu barra mill-post fejn tkun qed issir l-attività.
Għal din ir-raġuni, NETnews stenna lill Joseph Muscat barra, iżda malli ħareġ, Muscat kien pront li ġera lejn il-karozza, bl-iskuża li kien diġa ta kummenti lill-media ġewwa.
Filmat: Bernie Dimech
//= $special ?>

