Wara dak li ġie żvelat fl-istampa internazzjonali il-Ħadd, fejn numru ta’ Politikanti madwar id-dinja huma involuti fl-iskandlu fi twaqqief ta’ kumpaniji sigrieti fil-Panama, inkluż il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa ta’ Malta, Konrad Mizzi u ic-Chief of Staff tal- Prim Ministru, Keith Schembri, il-forum tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs medju fi ħdan il-Partit Nazzjonalista hija kkonċernata dwar kif qed jiżviluppa dan l-iskandlu.
Il-Forum, l-FSME PN, qal dan permezz ta’ staqrrija li fiha esprima kif iħoss li jkun hemm Ministru ewlieni tal-Gvern Malti u Chief of Staff mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, it-tnejn involuti f’dan l-skandlu, billi jistabbilixu kumpanija sigrieta fil-Panama u wkoll l-attentat biex jiftħu kont bankarju f’Dubai b’konnessjoni ma’ l-istess kumpaniji sigrieti tal-Panama, hija theddida għar- reputazzjoni kemm tas-Settur Finanzjarju u għal Malta.
L-FSME PN jgħid li dan l-iskandlu jista’ jżomm l-investituri barranin milli jinvestu f’Malta u għalhekk nitilfu t-tkabbir tant importanti fi ħdan l-ekonomija tagħna. FSME PN temmen ukoll li dak li ġie mibni mill-Amministrazzjoni preċedenti, biex pajjiżna jgawdi minn ekonomija b’saħħitha, speċjalment fi ħdan is-Settur Finanzjarju, qed tintilef malajr ħafna taħt dan il-gvern.
L-FSME PN għalhekk enfasizza li f’din is-sitwazzjoni l-aqwa ħaġa fl-interess ta’ pajjiżna, hi li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri jirriżenjaw jew jekk le jiġu mkeċċija mill-Prim Ministru Joseph Muscat mingħajr aktar dewmien.
//= $special ?>

