L-iskandlu ta’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri qed jissemma bi prominenza kbira fl-aħbarijiet ta’ New Zealand.
In-New Zealand hu l-pajjiż li Konrad Mizzi u Keith Schembri għażlu biex jiftħu ‘trusts’ biex fihom ipoġġu l-assi tagħhom. Meta wieħed jiftaħ ‘trust’, ma jibqax jidher bħala sid l-assi li jpoġġi fit-‘trust’ għalkemm jibqa’ jieħu l-benefiċċji ta’ dawk l-assi.
Is-sit tal-aħbarijiet newshub.co.nz, f’artiklu ppubblikat wara li faqqa’ Panama Papers, irrapporta li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Malti, Keith Schembri, użaw In-New Zealand biex fetħu żewġ ‘offshore trusts’ permezz tal-kumpanija Mossack Fonseca.
“New Zealand inqabad f’nofs skandlu politiku f’Malta” jgħid ir-rapport ta’ newshub.co.nz, li jkompli billi jispjega kif fl-2015, Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu żewġ ‘trusts’ fi New Zealand bl-isem ‘Rotorua Trust’ u ‘Haast Trust’ rispettivament. It-tnejn huma operati minn ‘Orion Trust Limited’ fi New Zealand.
Ir-rapport ikompli jispjega l-liġijiet ta’ New Zealand, li jagħmlu l-pajjiż attraenti għal min ikun irid jevadi t-taxxa. Filfatt, persuni li mhumiex residenti ta’ New Zealand, ma jkollhomx iħallsu taxxa jekk ma jwettqux attivitajiet fi New Zealand.
Konrad Mizzi min-naħa tiegħu nqabad li fit-‘trust’ poġġa kumpanija sigrieta li twaqqfet fil-Panama.
Intant,’The Australian Financial Review diġa spjegat, f’artiklu li ppubblikat, li fl-2015, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, fetħu żewġ ‘trusts’ fi New Zealand “billi aprofittaw mil-liijiet ta’ segretezza ta’ dan il-pajjiż.”
//= $special ?>

