Internazzjonali

Aktar passi lejn l-istabbilta fil-Libja

Wieħed miż-żewġ Gvernijiet fil-Libja ħabbar li kien se jwarrab biex jagħmel post għat-tmexxija tal-Gvern ta’ għaqda nazzjonali.
L-aħbar ingħatat anqas minn ġimgħa wara li fi Tripli wasal il-Gvern ta’ għaqda nazzjonali, li għandu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.
It-tmexxija fi Tripli ħabbret li kienet se twarrab biex tevita li jkun hemm aktar tixrid tad-demm.
Il-Libja ilha mill-2014 b’żewġ gvernijiet avversarji – dak ta’ Tripli bi tmexxija Iżlamista u li jgawdi mill-appoġġ ta’ gruppi armati ewlenin, u l-ieħor f’Tobruk li sa ftit ilu kien igawdi mill-għarfien tal-komunità internazjonali. Proprjament hu l-Parlament ta’ Tobruk li jgawdi mill-għarfien internazzjonali u dan imbagħad jappoġġja l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Abdullah al-Thani.
Iżda dak ta’ Tobruk qed jopponi għat-tmexxija tal-Gvern ta’ għaqda nazzjonali mmexxi minn Fayez Sarraj.