Ambjent Għawdex Lokali

Filmat: 13 arrestati wara sejba ta’ 41 sit illegali ta’ nsib

Ħidma li saret fl-aħħar tliet ġimgħat minn voluntiera tal-CABS wasslet biex kienu arrestati 13-il persuna u nstabu 41 sit illegali ta’ nsib fil-pajsaġġi madwar Malta u Għawdex.

Fi stqarrija, il-CABS spjega li dawn jidhru li kienu għadhom kif tnaddfu riċentament u lesti b’numru ta’ xbieki kbar.

Il-CABS spjega li kif kienu nnutati dawn is-siti, diversi persuni ntbagħtu biex jimmonitorjaw is-siti, bit-tama li jinqabdu l-persuni relatati.

Fil-fatt, dan il-monitoraġġ wassal għall-arrest ta’ 13-il nassab, li nqabdu mill-Pulizija waqt li kienu qed jagħmlu l-att illegali inkella li ġew identifikati minn ritratti u filmati li ttieħdulhom.