Sidien ta’ ħanut f’San Ġiljan qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku wara inċident li seħħ nhar is-Sibt li għadda, meta persuna mgħammda daħal biex jisraq.
Fl-inċident, il-persuna mgħammda kienet qed iġġorr dik li tidher li hi arma tan-nar u bdiet tippontaha lejn ir-raġel li kien xogħol fil-ħanut. Madanakollu, ir-raġel tal-ħanut baqa’ kalm għall-aħħar u ma tax flus lill-ħalliel, tant li dan ħareġ ‘il barra b’idu f’idu.
Is-serqa seħħet nhar is-Sibt li għadda fil-ħanut li jinsab fi Triq Sir Joseph Carbone f’San Ġiljan. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex jinstab il-persuna kkonċernat.
Intant, is-sidien tal-ħanut qed jappellaw biex min jagħraf lill-persuna mgħammda, iċempel l-għassa ta’ San Ġiljan bl-informazzjoni.
//= $special ?>



