Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Alex Saliba ma ħassx li kien qed jinstiga meta tella’ banners politiċi f’nofs il-folla li dalgħodu marret tappoġġja lix-Shadow Minister Jason Azzopardi, li tressaq il-Qorti b’akkuża kriminali.
Alex Saliba kien akkumpanjat minn membri oħra tal-FŻL u fil-pjazza ta’ quddiem il-Qorti bdew iqassmu l-karti, bi-President tal-FŻL Alex Saliba jinsisti li kienu qed jagħmlu hekk għax kellhom dritt li jesprimu l-fehma tagħhom.
Alex Saliba kien mistoqsi wkoll dwar jekk jemminx lill-Ministru Konrad Mizzi, li tniżżel f’lista ta’ aktar minn 140 politiku li użaw il-Panama biex jaħbu jew jaħslu l-flus. Bla taqlieq, Alex Saliba qal li jemmen u jappoġġja lil Konrad Mizzi.
Risposta għall-istqarrija tal-Forum Żgħażagħ Laburisti
Il-preżenza llum tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li għamlu attività uffiċjali quddiem il-Qorti fil-Belt eżatt qabel bdiet il-kawża tal-Pulizija kontra x-Shadow Minister Jason Azzopardi tikkonferma – jekk qatt kien hemm bżonn – li din kienet kawża politika fl-interess tal-Partit Laburista.
Il-preżenza tal-Forum Żgħażagħ Laburisti quddiem il-Qorti f’attività mmexxija mill-President taż-Żgħażagħ Laburisti Alex Saliba, turi ċar l-interess tal-Partit Laburista li jipprova jagħlaq ħalq ix-Shadow Minister Jason Azzopardi u l-Oppożizzjoni kollha b’kawża li jista’ jkollha sentenza ta’ ħabs dwar xi ħaġa pubblika li qal fil-kariga pubblika tiegħu kontra att illegali li sar waqt li min għamel il-kawża kien persuna pubblika, jiġifieri Kummissarju tal-Pulizija.
//= $special ?>
