Lokali

FILMAT: Preżenza qawwija ta’ uffiċjali Laburisti f’nofs il-folla li marret biex tappoġġja lil Jason Azzopardi

Hekk kif dalgħodu mijiet ta’ persuni marru l-Belt Valleta biex jappoġġjaw lix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi, NETnews.com.mt seta’ jinnota preżenza qawwija ta’ uffiċjali tal-Partit Laburista preżenti f’nofs il-folla.

Minkejja li l-pubbliku nġabar b’mod spontanju, kienet evidenti l-preżenza tal-uffiċjali Laburisti li bdew josservaw il-folla nies li nġabret bi ħġara.

Jason Azzopardi huwa l-ewwel membru tal-Oppożizzjoni f’aktar minn 30 sena li tressaq il-Qorti b’akkuża kriminali dwar xi ħaġa li għamel fil-qadi ta’ dmirijietu.

Apparti l-uffiċjali Laburisti, ma naqsitx ukoll il-preżenza tal-ġurnalisti tas-Super One li qattgħu aktar minn nofs siegħa jistaqsu lill-membri tal-pubbliku.