Lokali

Imħalsa wara diversi xhur

Wara xhur ta’ stennija, il-priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kienu qed jistennew flus mill-Fondazzjoni Marigold tħallsu għal kważi x-xogħol kollu li għamlu. Dan ħareġ minn rapport ippubblikat ilbieraħ f’The Times of Malta.

Kien l-istess ġurnal li ġimgħa ilu ħareġ l-aħbar li l-Fondazzjoni Marigold, immexxija mill-mara tal-Prim Ministru, ma ħallsitx lill-priġunieri. Għal din l-aħbar, is-Sinjura Michelle Muscat kellha reazzjoni iebsa ta’ rabja kontra l-media.

Min-naħa tagħhom, il-priġunieri kienu ilhom xhur jistennew dawn il-flus. Għaldaqstant, issa reġgħu għamlu kuntatt ma’ The Times biex jirringrazzjawhom