Lokali

Investigazzjonijiet dwar allegati prattiki ħżiena relatati mas-self fil-BOV

Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern tal-Bank of Valletta ħareġ rapport interim dwar l-investigazzjonijiet tiegħu sa issa dwar l-allegazzjonijiet ta’ prattiki ħżiena relatati mas-self li saru mill-Onor. Kristy Debono fil-Parlament f’Jannar 2016. Ir-rapport interim, sa issa u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ma sab l-ebda evidenza li tista’ twassal għall-konklużjoni li l-allegazzjonijiet li saru huma fondati.

Il-Bord tad-Diretturi ddiskuta r-rapport interim tal-Awditjar Intern fil-5 ta’ April 2016 u ddeċieda li jibgħat kopja tal-istess rapport lis-superviżuri lokali u barranin kif ukoll lill-awdituri esterni tal-Bank għall-użu personali tagħhom. Fil-frattemp , il-Bord jenfasizza l- fatt li l-opinjoni legali l-awdituri esterni fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena li ntemmet Settembru 30, 2015 ma kenitx kwalifikata f’dan ir- rigward