Il-kowċ ta’ Floriana Luis Oliveira ġie sospiż żewġ partiti mill-Kummisarju tad-Dixxiplina wara li tkeċċa fl-aħħar partita tal-kampjonat kontra Hibernians. Oliveira tkeċċa wara diversi protesti fl-azzjoni li fiha tkeċċa l-gowlkiper Matthew Calleja Cremona li ġie sospiż logħba. Nieqes għad-derby se jkun hemm ukoll id-difensur ta’ Valletta Ryan Camilleri li wkoll weħel logħba sospensjoni.
Il-plejers l-oħra li ġew sospiżi huma: Alfred Effiong (Balzan), Ryan Scicluna (Birkirkara), Zachary Brincat (Mosta), Demba Toure (Naxxar Lions), Emerson Vella (Qormi) u Daniel Zerafa (Tarxien).
//= $special ?>