“Il-post tax-xogħol ta’ 9,000 persuna jiddependi fuq stabbilita’ u amministrazzjoni professjonali tas-settur finanzjarju. Minħabba l-aħħar żviluppi fl-iskandlu finanzjarju internazzjonali, isem Malta ġie imtebba u pajjiżna qiegħed jissogra li jitlef dak kollu li ħdimna is-snin biex ngawdu l-livelli għolja li għandna illum” – Kien dan il-kliem tal-Malta Employers Associastion, li fi stqarrija, esprimiet t-tħassib tagħha dwar l-aħħar skandli li ħarġu fid-dawl ta’ Panama Papers.
L-assoċjazzjoni qalet, li l-persuni kollha li jaħdmu fis-servizzi legali u finanzjarji għandhom reputazzjoni ta’ affidabilita’ u professjonalita’, iżda dan kollu jista’ jispiċċa minħabba li l-Gvern ta’ Malta qiegħed jitlef l-opportunitajiet sabiex jiddefendi u jżomm fl-għola standards r-reputazzjoni rispettabli tas-settur finanzjarju f’pajjiżna.
L-MEA tistqarr li għall-ħarsien ta’ dawn id-9,000 post tax-xogħol, u sabiex ikompli l-effett pożittiv li Malta gawdiet f’dawn l-aħħar snin fl-industrija tas-settur finanzjarju, l-assoċjazzjoni appellat lill-Gvern sabiex jintervjeni f’din il-kriżi ta’ kunfidenza, trasparenza, u governanza tajba.
L-assoċjazzjoni tkompli tgħid li min iħaddem, għandu bżonn stabilita’ u assigurazzjoni li fih ikun jista’ jipprovdi aktar, u jżomm miegħu, lill-impjegati tiegħu.
//= $special ?>