Internazzjonali

Tiżdied is-sigurta’ għal min juża WhatsApp

Is-servizz ta’ WhatsApp se jkun aktar sigur għall-miljuni ta’ persuni li jużawh madwar id-dinja kollha hekk kif tħabbar li l-messaġġi kollha li jgħaddu minn din is-sistema se jiġu encrypted – illi jfisser li ħadd ma jkun jista’ jaqrhom, ħlief min jirċievi l-messaġġ.

Din il-mossa se tagħmilha prattikament impossibbli biex jiġu iħħekjati konverżazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-WhatsApp. is-sistema se toffri segretezza kbira anke għal min irid jibqa’ moħbi minn awtoritajiet bħall-Pulizija jew Qrati.

WhatsApp, li hija sistema propjeta’ ta’ Facebook, trid toffri l-akbar sigurta’ lil kull min juża din is-sistema.

Amnesty International qalet li din hija rebħa kbira għal-liberta’ tal-espressjoni.