Lokali

Aktar rappurtaġġ dwar Konrad Mizzi fil-media internazzjonali

Il-media internazzjonali qed tkompli tagħti prominenza lill-iskandlu ta’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri. L-aħħar fost dawn hemm is-sit www.euractive.com, li qed jirrapporta li Konrad Mizzi hu l-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea kollha li ssemma’ fil-lista tal-Panama Papers.

Wara li faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers madwar id-dinja, feġġew l-ismijiet ta’ aktar minn 140 politiku li użaw il-Panama biex jaħbu jew jaħslu l-flus permezz ta’ kumpaniji sigrieti.

Is-sit tal-aħbarijiet euractive jirrapporta l-aħħar żviluppi f’Malta b’rabta ma’ dan l-iskandlu u jagħti wkoll dettalji tal-kumpanija sigrieta li fetaħ fil-Panama. L-artiklu, li tista’ taqrah hawn, jirrapporta wkoll dwar il-mod kif il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qed jibqa’ jiddefendi lill-Ministru tiegħu.

Fl-aħħar jiem, spikkaw ir-rapporti fil-media internazzjonali dwar l-iskandlu politiku f’pajjiżna. Fost dawn kien hemm sit tal-aħbarijiet ta’ New Zealand li saħansitra xandru filmat b’dettalji sħaħ dwar Konrad Mizzi (agħfas hawn biex tara l-filmat).

Siti internazzjonali jibdew jagħmlu l-analiżi dwar Malta

eu observer

Anke s-sit EUobserver ippubblika artiklu fl-aħħar sigħat li fih qal li l-Prim Ministru Malti jista’ jkun it-tieni vittma tal-iskandlu tal-Panama Papers. Dan wara li fl-Iżlanda kellu jwarrab il-Prim Ministru tal-pajjiż wara dan l-iskandlu.

Screen Shot 2016-04-07 at 12.46.58 PM

Ritratt: L-iskandlu ta’ Konrad Mizzi fuq is-sit tal-aħbarijiet Taljan TGCOM24.