Lokali

Azzjoni ta’ infurzar fi scrapyard fis-Siġġiewi

Ħaddiema mit-Taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar bdew ħidma ta’ tindif fi scrapyard fis-Siġġiewi, li jirriżulta li hi waħda illegali.

It-tindif kien qed isir fil-preżenza tal-Pulizija mit-Taqsima tal-Administrative Law Enforcment.

Mill-iscrapyard tneħħew xi karozzi u spare parts tagħhom, kif ukoll ħitan, fost materjal ieħor li kien hemm fil-post u li kien ilu jakkumula għal aktar minn 10 snin.

Jirriżulta wkoll li s-sid tal-iscrapyard sarulu numru ta’ twissijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jibda’ jnaddaf is-sit.

Madankollu, hu baqa’ ma osservax it-twissijiet kif suppost u kien meta biddel parti mill-iscrapyard għal użu ieħor li l-Awtorità kellha tieħu azzjoni.