Internazzjonali

Fi Franza l-Parlament jivvota kontra l-ħlas għas-sess

Id-deputati fil-Parlament Franċiż għaddew liġi li tagħmilha illegali li persuna tħallas għas-sess.
Permezz ta’ din il-liġi, persuna li tipprova tixtri servizzi sesswali tista’ teħel multa massima ta’ 3,750 ewro. Fl-istess ħin kulmin jinstab ħati mill-abbuż inkwistjoni jkun anki kostrett li jattendi għal klassijiet partikulari fejn isir jaf dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiffaċċjaw il-prostituti.
Sostenituri tal-liġi ġdida qed isostnu li din il-miżura għandha tgħin tikkumbatti lin-networks tat-traffikanti ta’ persuni.