Lokali

FSME PN imħassba daqs l-MEA dwar il-kriżi tal-governanza

Il-Forum għall-Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju fi ħdan il-Partit Nazzjonalista (FSME PN) esprimiet l-istess tħassib tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), li lbieraħ irrimarkat dwar l-impatt li l-kriżi tal-governanza qed ikollha fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni għas-servizzi finanzjarji. L-MEA nnotat ukoll li l-aktar sitwazzjoni inkwetanti hi meta 9,000 persuna jiddependu fuq amministrazzjoni professjonali tas-Settur Finanzjarju Malti.

Fi stqarrija, l-FSME PN kompla li, wara li Malta qed tkun imsemmija fin-negattiv fil-media internazzjonali minħabba l-iskandlu Panama Papers, li hu wieħed mill-akbar skandli internazzjonali fl-istorja u li jinvolvi wkoll lill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, ma jawgura xejn tajjeb għall-futur tas-Settur Finanzjarju ta’ pajjiżna.

L-FSME PN inaqgħad fl-appell nazzjonali biex dawk li verament jemmnu f’pajjiżna jissieħbu fid-Dimostrazzjoni Kontra l-Korruzzjoni li se ssir il-Ħadd li ġej fil-Belt. B’hekk, flimkien nuru d-diżapprovazzjoni dwar l-iżviluppi fl-iskandlu Panama Papers, temmet tgħid l-istqarrija.