Ewropa Lokali

“Għadkom mhux tirrealizzaw kemm l-issue tal-Panama hi serja għal Malta” – Alfred Sant

“Għadkom mhux tirrealizzaw kemm l-issue tal-Panama hi serja għal Malta.” Kien b’dan il-mod li l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Laburista Alfred Sant indirizza lill-ġurnalisti Maltin li f’ dawn il-jiem qed iżuru l-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew fi Brussell.

Il-kummenti tiegħu saru għal mistoqsijiet mill-ġurnalisti b’rabta mal-kontroversja lokali fejn isem Konrad Mizzi deher fil-lista ta’ dokumenti tal-Panama li fost l-ohrajn kixfu wkoll numru ta’ kriminali u persuni li kienu qed jużaw il-Panama biex jaħbu flushom. Dan għaliex fi kliem Alfred Sant stess, ir-riperkussjonijiet fuq is-settur finanzjarju Malti huma kbar anke meta wieħed iqis li l-iktar bank li uża t-trusts fil-Panama hu l-HSBC.

Alfred Sannt ikkwota lil WikiLeaks meta qal li wara Panama Papers hemm aġenziji Amerikani li għandhom l-intenzjoni li jiksbu vantaġġ ekonomiku. Madankollu Alfred Sant qal li hu m’għandux opinjoni personali dwar Konrad Mizzi u se jistenna l-iżviluppi, għalkemm wera tħassib fuq kif din il-kontroversja se taffettwa lil Malta u s-servizzi finanzjarji li tant huma kruċjali għall-ekonomija Maltija.

“Malta prinċiparjament tuża s-sistema ta’ trusts Ingliżi, li meta wieħed iqis kollox huma kemmxejn aħjar minn dawk fil-Panama,” temm jgħid Sant.