Fix-Xitwa li ġejja l-kumpanija Ryanair se tkun qed topera rotot ġodda minn Malta lejn Brussell, Nuremberg, Toulouse, Valencia u Vilnius.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li se jiġu estiżi għax-Xitwa r-rotot ta’ Ateni, Baden-Baden, Berlin, Bournemouth, Cologne, Gdansk, Girona, Glasgow, Manchester, Poznan u Krakovja. Se jiżdiedu wkoll il-frekwenzi tat-titjiriet lejn Birmingham, East Midlands, Stansted u Madrid.
Għal din l-okkażjoni, Ryanair se tkun qed tagħmel skont speċjali fuq il-biljetti tal-ajru li jinxtraw sa nhar it-Tlieta għal min jivjaġġa f’Novembru u Diċembru.
//= $special ?>